Il-ħanut
Il-ktieb għat-tfal dwar Daphne issa maqlub għal-lingwa Maltija.
Daphne's story aimed at children now available in Maltese.
Il-ktieb għat-tfal dwar Daphne issa maqlub għal-lingwa Maltija.
Daphne's story aimed at children now available in Maltese.
€12.00
Meta kienet żgħira, Daphne Caruana Galizia kienet tħobb il-kotba u riedet tkun ġurnalista. Hija waslet biex saret waħda mill-aktar ġurnalisti investigattivi kuraġġużi fid-dinja, tiġġieled għall-verità u l-ġustizzja – ispirazzjoni għal dawk kollha li jemmnu fil-libertà tal-kelma u tal-istampa.
Fid-dinja tal-lum ġurnalisti bħal Daphne saru aktar importanti minn qatt qabel.
“Dan il-ktieb jagħti l-istorja ta’ kuraġġ u persistenza inkredibbli ta’ Daphne b’mod tassew b’saħħtu u għad jispira l-ġenerazzjoni futura biex tkompli bil-ġlieda tagħha għall-verità u l-ġustizzja.” - Rebecca Vincent - Reporters Without Borders
“Dan il-ktieb jagħmel ideat kumplessi aċċessibbli. Bil-pressjoni kbira li l-ġurnaliżmu onest beda jkollu f’dawn l-aħħar snin, huwa ktieb ta’ importanza kbira u dejjiema.” - Booktrust - The Best Kids’ Books of 2020
“Gattaldo jippreżenta l-istorja ta’ Daphne fi ftit kliem u b’lingwaġġ dirett biex tkun aċċessibbli għall-qarrejja ż-żgħar.” - IBBY - organizzazzjoni internazzjonali
“Profil teneru u reżonanti għad-dinja tal-lum li juri biċ-ċar dak li ħafna ġurnalisti jħabbtu wiċċhom miegħu.” - Publishers Weekly
Gattaldo huwa kreattiv u illustratur li studja l-arti ġewwa Firenze u issa jgħix u jaħdem Londra. Ħabib mill-qrib ta’ Daphne, Gattaldo kien ispirat biex joħloq ktieb dwarha meta ra kif l-istorja tal-ġurnaliżmu bla biża’ tagħha qanqlet l-immaġinazzjoni tan-neputijiet iż-żgħar tiegħu. Gattaldo kiteb u illustra ‘Il-Ġurnalista’ biex jaqsmu ma tfal oħra madwar id-dinja.
Il-ktieb ġie maqlub għall-Malti min Immanuel Mifsud.